settings icon
share icon
Mistoqsija

Għandek il-Ħajja Eterna?

Tweġiba


Il-Bibbja tippreżenta mogħdija ċara għall-ħajja eterna. L-ewwel, irridu nirrikonoxxu illi dnibna kontra Alla. “Għax kollha dinbu u jonqsu mill-glorja t’Alla” (Rumani 3:23). Ilkoll kemm aħna għamilna atti li ma jogħġbux lil Alla, u hekk sirna kundannabbli. Ħaqqna kastig. Peress li dnubietna kollha huma finalment kommessi kontra Alla etern, kastig etern biss hu suffiċjenti. “Għax il-paga tad-dnub hi l-mewt, imma d-don b’xejn t’Alla hu l-ħajja eterna fi Kristu Ġesù Sidna” (Rumani 6:23).

Ġesù Kristu, l-Iben etern t’Alla, sar bniedem (Ġwanni 1:1,14), assolutament bla dnub (1 Pietru 2:22), biex finalment miet ħalli jħallas id-dejn tagħna. “Alla jesibixxi l-imħabba tiegħu nnifsu lejna, billi filwaqt li aħna konna għadna midinbin, Kristu miet għalina” (Rumani 5:8). Ġesù Kristu miet fuq is-salib (Ġwanni 19:31-42); ħa l-kastig li kien jixraq lilna (2 Korintin 5:21). Tlett ijiem wara qam mill-mewt (1 Korintin 15:1-4), biex hekk tana prova illi rebaħ fuq id-dnub u l-mewt. “Imbierek ikun Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, li skont il-ħniena kbira tiegħu kkawża li nkunu mwielda mill-ġdid għal tama ħajja permezz tar-resurrezzjoni ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet” (1 Pietru 1:3).

Bil-fidi jeħtiġilna nibdlu l-fehma tagħna dwar Kristu – min hu, x’għamel, u għaliex – għas-salvazzjoni tagħna (Atti 3:19). Jekk inqiegħdu l-fiduċja tagħna fih, billi nafdaw f’mewtu fuq is-salib bħala ħlas għal dnubietna, Alla jaħfrilna u nirċievu l-wegħda ta’ ħajja eterna. “Għax Alla hekk ħabb id-dinja, illi ta l-uniku Iben tiegħu, sabiex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja eterna” (Ġwanni 3:16). “Jekk tistqarr b’fommok li Ġesù huwa s-Sid, u temmen f’qalbek illi Alla qajmu mill-imwiet, se tkun salvat” (Rumani 10:9). Bil-fidi biss, fidi fil-ħidma mitmuma ta’ Kristu fuq is-salib – din hi l-mogħdija għall-ħajja eterna! “Għax bil-grazzja intom salvati, permezz tal-fidi; u dan mhux minnkom infuskom, hu l-għotja t’Alla; mhux bl-opri, sabiex ħadd ma jiftaħar” (Efesin 2:8-9).

Jekk tixtieq taċċetta lil Ġesù Kristu bħala s-Salvatur tiegħek, hawn għandek talba sempliċi li tista’ tagħmilha tiegħek. Ftakar, billi tgħid dit-talba, bħal kwalunkwe talba oħra, b’daqshekk ma tkunx salvat. Biss billi tafda fi Kristu illi tista’ ssalva minn dnubietek. Dit-talba hi sempliċement mod kif tesprimi m’Alla l-fidi tiegħek fih u troddlu ħajr talli provda għas-salvazzjoni tiegħek. “O Alla, naf illi dnibt kontrik u jistħoqqli l-kastig. Iżda Ġesù Kristu ħa l-kastig li jixraq lili sabiex bil-fidi fih inkun nista’ ninħafer. Inqiegħed il-fiduċja tiegħi fik għas-salvazzjoni. Inroddlok ħajr għall-grazzja meraviljuża u l-maħfra tiegħek – l-għotja tal-ħajja eterna! Ammen.”

Ħadt deċiżjoni għal Kristu minħabba dak li qrajt hawn fuq? Jekk iva, jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna “Jien aċċettajt lil Kristu llum” li tidher hawn taħt.

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Għandek il-Ħajja Eterna?
© Copyright Got Questions Ministries