Mistoqsija
Għalfejn inissna naqraw il-Bibbja / nistudjaw il-Bibbja?
Tweġiba
Imissna naqraw u nistudjaw il-Bibbja għaliex hija l-Kelma t’Alla għalina. Il-Bibbja hija ispirata, litteralment ħarġet min-nifs t’Alla. Fi kliem ieħor, hija l-l-kliem proprju t’Alla għalina. Hemm ruxxmata mistoqsijiet li l-filosfi staqsew li Alla wieġeb fl-Iskrittura. X’inhu l-iskop tal-ħajja? Mnejn ġejt? Hemm ħajja wara l-mewt? Kif nista’ mmur il-ġenna? Għaliex id-dinja mimlija ħażen? Għaliex insibha diffiċli biex nagħmel it-tajjeb? Ma’ dawn il-mistoqsijiet “kbar”, il-Bibbja tagħti ħafna pariri prattiċi f’oqsma bħal: X’għandi nfittex fis-sieħeb/sieħba? Kif nista’ jkolli żwieġ success? Kif inkun ħabib ta’ veru? Kif nista’ nkun ġenitru tajjeb? X’inu s-suċċess u kif nakkwistah? Kif nista’ ninbidel? X’inhu l-aktar ta’ valur fil-ħajja? Kif nistaż ngħid b’talli mod li meta nħares lura ma jiddispjċiniex? Kif nista’ niħħendilja b’mod vittorjuż iċ-ċirkostanzi inġusti u l-avvenimenti koroħ f’ħajti?
Imissna naqraw u nistudjaw il-Bibbja għaliex hi totalment affidabbli u infallibbli. Fost il-kotba hekk imsejħa “sagri” l-oħra, il-Bibbja hi unika għax mhux biss tagħti tagħlim morali u tgħid, “Afdani.” Aktarx, għandna l-abbiltà li nittestjawha billi niċċekkjaw il-mijiet ta’ profeziji dettaljati li tagħmel, billi niċċekkjaw ir-rakkonti storiċi li tirrekordja, u billi niċċekkjaw il-fatti xjentifiċi li twassal.Dawk li jgħidu illi l-Bibbja fiha l-iżbalji għandhom widnejhom magħluqa għall-verità. Darba, Ġesù staqsa x’inhu eħfef tgħid, “Dnubietek maħfurin,” jew “Qum, u erfa’ l-mitraħ tiegħek u imxi.” Imbagħad ta prova li kellu l-awtorità li jaħfer id-dnubiet (xi ħaġa li b’għajnejna ma nistawx naraw) fejjaq lill-paralitiku (xi ħaġa li dawk ta’ madwaru setgħu jikkonfermaw b’għajnejhom stess). Bl-istess mod, aħna ngħatajna l-assigurazzjoni lil Kelmt Alla hi vera meta tiddiskuti dwar oqsma spiritwali li ma nistgħux nittestjaw bis-sensi tagħna billi turi kemm hi vera f’dawk l-oqsma li nistgħu nittestjaw, tipo l-eżattezza storika, l-eżattezza xjentifika, u l-eżattezza profetika.
Imissna naqraw u nistudjaw il-Bibbja għaliex Alla ma jinbidilx u għaliex in-natura umana ma tinbidilx; hija relevanti għalina llum daqskemm kienet meta nkitbet. Filwqt lil t-teknoloġija tinbidel, in-natura umana u x-xewqat tagħna ma jinbidlux. Hekk kif naqraw il-paġni tal-istorja biblika, insibu li kemm jekk qed nitkellmu dwar relazzjoni bejn tnejn jew bejn soċjetajiet, “m’hemm xejn ġdid taħt ix-xemx” (Ekkleżjasti 1:9). U filwaqt li l-umanità sħiħa tkompli tfittex l-imħabba u s-sodisfazzjon f’postijiet żbaljati, Alla—il-Ħallieq twajjeb u grazzjuż tagħna—jgħidilna x’inhu lil jġib l-hena dejjiema. Il-kelma rivelata tiegħu, il-Bibbja, tant hi important li dwarha Ġesù qal, “Mhux bil-ħobż biss se jgħix il-bniedem, iżda b’kull kelma li tipproċiedi minn fomm Alla” (Mattew 4:4). L-abbondanza, kif maħsuba minn Alla, irridu nagħtu nisimgħu u nagħtu kas il-kelma miktuba t’Alla.
Imissna naqraw u nistudjaw il-Bibbja għaliex tant hawn tagħlim falz. Il-Bibbja tagħyina r-iga li biha niddistingwu l-verità mill-errur. Tgħidilna Alla kif inhu. Li tħaddan impressjoni żbaljata dwar min Alla hi li tkun tqim idolu jew alla falz. Qed inqimu xi ħaġa li mhuwiex. Il-Bibbja tgħidilna kif wieħed tabilħaqq jista’ jmur il-ġenna, u dan mhux billi jkun tajjeb jew jitgħammed jew b’xi għemil ieħor li nistgħu nagħmlu aħna (Ġwanni 14:6; Efesin 2:1-10; Isaija 53:6; Rumani 3:10-18, 5:8, 6:23, 10:9-13). Fuq l-istess ħsieb, il-Kelma t’Alla turina kemm tabilħaqq iħobbna Alla (Rumani 5:6-8; Ġwanni 3:16). U hu meta nitgħallmu dan li ninġibu lejh biex inħobbuh lura (1 Ġwanni 4:19).
Il-Bibbja tfornina biex inservu ’l Alla (2 Timotju 3:17; Efesin 6:17; Ebrej 4:12). Tgħinna ngħarfu kif nistagħu nsalvaw minn dnubietna u l-konsegwenzi fnali tagħhom (2 Timotju 3:15). Meta nimmeditaw fuq Kelmet Alla u nondu dak li tgħallem ingawdu s-suċċess fil-ħajja (Ġożwè 1:8; Ġakbu 1:25). Kelmet Alla tgħinna naraw id-dnub f’ħajjitna u tgħinna wkoll neqirduh (Salmi 119:9, 11). Tgaħtina gwida għall-ħajja, tagħmilna aktar għorrief mill-għalliema tagħna (Salmi 32:8, 119:99; Proverbji 1:6). Il-Bibbja żżommna lura milli naħlu snin sħaħ minn ħajjitna fuq dak li ma jiswa’ xejn u li għad jispiċċa (Mattew 7:24-27).
Meta naqraw u nistudjaw il-Bibbja se nsibu l-għajnuna biex naraw lil hinn mil-“lixka” attraenti għas-“sunnara” fatali fit-tentazzjonijiet midinba, sabiex nitgħallmu mill-iżbalji tal-oħrajn aktarx milli nagħmluhom aħna stess. L-esperjenza hi għalliem eċċellenti, iżda meta nipu għal-lezzjoniniet dwar id-dnub, hija għalliem iebes ħafna. Hu wisq aħjar titgħallem mill-iżbalji ta’ ħaddieħor. Tant hemm karattri bibliċi li minnhom tista’ titgħallem, xi wħud jistgħu jservu bħala eżempji għal ħajtek kemm tajbin kif ukoll ħżiena f’mumenti differenti ta’ ħajjithom. Pereżempju, David, meta għeleb lil Gulija, jgħallimna li Alla akbar minn kull ħaġa li jista’ jitlobna naffaċċjaw (1 Samwel 17), mentri ċ-ċediment tiegħu għat-tentazzjoni biex jikkommeti adulterju ma’ Batxeba juri kemm il-konsegwenzi ta’ mument midneb ta’ pjaċir iħalli konsegwenzi fit-tul u terriblli (2 Samwel 11).
Il-Bibbja mhux ktieb biex sempliċement taqrah. Hu ktieb biex tistudjah sabiex ikun applikat. Altrimenti, tkun qisek blajt l-ikel u terġa’ tobqsu ’l barra bla ma tkun qadt togħmodu—b’hekk ma takkwista ebda valur nutrittiv. Il-Bibbja hi Kelmet Alla. Għax hi hekk, tirregolana daqs il-liġijiet tan-natura. Nistgħu ninjorawha, però dan nagħmluh għad-dannu tagħna nfusna, l-istess bħalli kieku ninjoraw il-liġi tal-gravità. Ma nistgħux nenfasizzaw iżżejjed kemm il-Bibbja hi important għal ħajjitna. L-istudju tal-Bibbja jista’ jitqabbel mat-tfittxija għad-deheb fil-minjieri. Jekk l-isforzi tagħna jkunu minimi u sempliċement “inċaqilqu ftit iċ-ċagħaq fin-nixiegħa,” kulma nsibu abbli jkun ftit għabra deheb. Però aktar ma nirsistu u nħaffru l-isfel fiha, akbar tkun ir-rikumpensa li nakkwistaw riżultat tal-isforzi tagħna.
English
Għalfejn inissna naqraw il-Bibbja / nistudjaw il-Bibbja?