settings icon
share icon
Mistoqsija

Ġuda l-Iskarjota kien maħfur / salva?

Tweġiba


Il-Bibbja tindikalna b’ċarezza li Ġuda ma kienx salvat. Ġesù nnifsu qal dwaru: “Tabilħaqq Bin il-Bniedem imur bħalma hu miktub dwaru; imma gwaj għal dak il-bniedem li bih Bin il-Bniedem hu tradut! Aħjar kien ikun għalih kieku ma twelidx dak il-bniedem” (Mattew 26:24). Din stampa ċara tas-sovranità t’Alla u r-rieda tal-bniedem qed jaħdmu flimkien. Alla, minn żmien qabel, iddetermina li l-Kristu kellu jkun tradut minn Ġuda, imut fuq salib għal dnubietna, u jkun irxoxtat. Dan hu dak li ried ifisser Ġesù meta qal li hu kellu “imur bħalma hu miktub dwaru.” Xejn ma kien se jwaqqaf il-pjan t’Alla biex jipprovdi salvazzjoni għall-bniedem.

Madankollu, il-fatt li kollox kien maħtur minn qabel ma skużax lil Ġuda jew ħelsu mill-kastig li kellu jsofri minħabba l-parti li wettaq fid-dramm tal-fidwa. Ġuda għamel l-għażliet tiegħu, u kienu s-sors tad-dannazzjoni tiegħu. Madankollu l-għażliet iffittjaw perfettament fil-pjan sovran t’Alla. Alla ma jikkontrollax biss it-tajjeb, imma wkoll il-ħażen li l-bniedem iwettaq għall-għanijiet tiegħu. Hawn naraw lil Ġesù jikkundanna lil Ġuda, però billi Ġuda vjaġġa ma’ Ġesù għal tal-inqas tliet snin, nafu li tah opportunità biżżejjed għas-salvazzjoni u l-indiema. Anke wara dak l-att faħxi, Ġuda seta’ jaqa’ għarkupptejh biex jitlob il-maħfra t’Alla. Però m’għamilx hekk. Abbli ħass xi tingiża ta’ dispjaċir ġejja mill-biża’, li ġegħlitu jirritorna l-flus lill-Fariżej, imma qatt ma nidem, u prefera jikkommetti suwiċidju (Mattew 27:5-8).

Fi Ġwanni 17:12, Ġesù talab dwar id-dixxipli tiegħu: “Meta kont magħhom, jien żammejthom f’ismek, li tajtni; u pproteġejthom, u ebda wieħed minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, sabiex l-Iskrittura tkun imwettqa.” Abbli f’xi ħin Ġuda emmen li Ġesù kien Profeta, jew forsi anke emmen li kien il-Messija. Ġesù bagħat lid-dixxipli biex jipproklamaw il-vanġelu u jagħmlu l-mirakli (Luqa 9:1-6). Ġuda kien inkluż f’dan il-grupp. Kellu fidi, però ma kinitx fidi vera li ssalva. Ġuda qatt ma kien “salvat,” però għal xi żmien kien segwaċi ta’ Kristu.

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Ġuda l-Iskarjota kien maħfur / salva?
© Copyright Got Questions Ministries