Mistoqsija
Xi tfisser li l-Bibbja hi infallibbli?
Tweġiba
Il-kelma infallibbli tfisser “ma tistax tiżbalja.” Jekk xi ħaġa hi infallibbli, qatt mhi żbaljata u allura ta’ min jafdaha assolutament. Infallibbli tifsser ukoll “ħielsa minn kull errur.” Biex ngħiduha b’mod sempliċi, il-Bibbja qatt ma tfalli.
Il-Bibbja tikklejmja li hi infallibbli in 2 Pietru 1:19, “U għandna aktar ċerta l-kelma profetika.” Pietru jkompli b’deskrizzjoni kif l-Iskrittura ġiet: “Ebda profezija tal-Iskrittura mhi ta’ interpretazzjoni privata, għax ebda profezija ma kienet miġjuba f’xi żmien bir-rieda tal-bniedem, iżda bnedmin imġorrijin mill-Ispirtu s-Santu tkellmu mingħand Alla” (2 Pietru 1:20–21).
Ukoll, l-infallibbiltà narawha implikata fit-2 Timotju 3:16–17, “Kull Skrittura hi ispirata minn Alla u siewja għat-tagħlim, għaċ-ċanfir, għall-korrezzjoni u għat-taħriġ fil-ġustizzja, sabiex il-bniedem t’Alla jkun kwalifikat kompletament, fornut għal kull opra tajba.” Il-fatt lil Alla “ispira” l-Iskrittura jaċċertana li l-Bibbja hi infallibbli, għaliex Alla ma jistax jispira l-iżball. Il-fatt li l-Bibbja tforni l-qaddejja t’Alla “kompletament” għas-servizz juri li tiggwidana fil-verità, u mhux fl-errur.
Jekk Alla huwa infallibbli, allura Kelmtu hekk se tkun ukoll. Id-dottrina tal-infallibbiltà tal-Iskirttura hi bbażata fuq fehma tal-karattru perfett t’Alla. Kelmet Alla hi “perfetta tikkonverti (jew tirrestawra) lir-ruħ” (Salmi 19:7) għaliex Alla nnifsu hu perfett. Teoloġikament, Alla assoċjat mill-qrib ma’ Kelmtu; il-Mulej Ġesù hu msejjaħ “il-Kelma” (Ġwanni 1:14).
Ta’ min ninnotaw li d-dottrina tal-infallibbiltà għandha x’taqsam mad-dokumenti oriġinali. Sintendi, it-traduzzjonijiet ineżatti, żbalji tal-istampar, u żbalji ortografiċi huma ovvjament żbalji umana u ħafna mid-drabi malajr huma identifikati. Madankollu, dak lil l-awturi bibliċi kitbu oriġinarjament kien ħieles minn kull żball jew ommissjoni, billi l-Ispirtu mexxiehom f’ħidmiethom. Alla hu ta’ min joqgħod fuqu, verament u perfettament (Ġwanni 14:6; 17:3), l-istess Kelmtu (Ġwanni 17:17).
Il-Bibbja tikklejmja perfezzjoni sħiħa (l-oppost ta’ parzjali) f’Salm 12:6, Salm 19:7, Proverbji 30:5, u f’aktar postijiet oħra. Hi fattwali kollha kemm hi u, fil-fatt, tiġġudikana (aktarx milli bil-kontra), “Għax ħajja kelmet Alla, u attiva, u misnuna iżjed minn kwalunkwe sejf b’żewġt ixfar, u tippenetra sad-diviżjoni tar-ruħ u tal-ispirtu, tal-ġogi kif ukoll tal-mudullun, u kapaċi tiġġudika l-ħsibijiet u l-intenzjonijiet tal-qalb” (Ebrej 4:12).
Il-Bibbja hija l-uniku sors oġġettiv ta’ dak kollu li Alla tana dwaru nnifsu u dwar il-pjan tiegħu għall-umanità. Bħala l-Kelma infallibbli t’Alla, il-Bibbja hi bla żball, hija awtoritattiva, dipendibbli, u suffiċjenti biex tissodisfa l-ħtiġijiet kollha tagħna.
English
Xi tfisser li l-Bibbja hi infallibbli?