settings icon
share icon
Mistoqsija

Liema hi r-reliġjon tajba għalija?

Tweġiba


Ħafna ristoranti jħajruna billi jippermettulna nordnaw l-ikel eżattament kif nixtiquh. Xi kafetteriji jiftaħru illi jservu mijiet ta’ togħmiet u varjetajiet ta’ kafè. Imqar meta nixtru d-djar u l-karozzi, nistgħu nistadu għal waħda b’opzjonijiet u l-fattizji li nixtiequ. M’għandniex ngħixu f’dinja ta’ ċikkulata, vanilla jew frawli biss. L-għażla hi suprema! Tista’ ssib kulma trid skont l-għoġba u l-preferenza personali tiegħek.

Mela xi ngħidu dwar reliġjon li tabilħaqq tgħodd għalik? Xi ngħidu dwar reliġjon nieqsa mis-sens ta’ ħtija, ma tiddomanda xejn minnek, u mhix imtaqqla bi skoss regolamenti? Hemm qiegħda, bħalma ddeskrivejt. Iżda r-reliġjon hi xi ħaġa li nistgħu nagħżluha bħalma nagħżlu t-togħma favorita tal-ġelat?

Hemm ħafna ilħna jikkompetu għall-attenzjoni tagħna. Għaliex mela jmissna nikkonsidraw lil Ġesù u nippreferuh minn, ngħidu aħna, Moħammed jew Konfuċju, jew Charles Taze Russell, jew Joseph Smith? Hekk jew hekk, mhux it-toroq kollha jwasslu għall-ġenna? Ir-reliġjonijiet kollha mhumiex bażikament kollha l-istess? Il-verità, però, hi illi mhux ir-reliġjonijiet kollha huma aċċettabbli għal Alla, bħalma mhux it-toroq kollha jwassluk Pariġi.

Ġesù waħdu jitkellem bl-awtorità t’Alla, għax Ġesù biss għeleb il-mewt. Moħammed, Konfuċju, u l-oħrajn jinsabu f’qabarhom sal-lum. Iżda Ġesù, b’setgħetu stess, ħareġ mill-qabar tlett ijiem wara mewtu fuq salib Ruman. Xi ħadd bil-qawwa fuq il-mewt jixraqlu l-attenzjoni tagħna. Min hu vittorjuż fuq il-mewt jimmerita illi jkun mismugħ.

L-evidenza illi tissapportja r-resurrezzjoni ta’ Ġesù hi impressjonanti tassew. L-ewwel, kien hemm iktar minn ħames mitt xhud okulari li raw lil Kristu rxoxtat! Dan hu għadd kbir immens. Ħames mitt leħen ma jistgħux ikunu injorati. Hemm ukoll il-kustjoni tal-qabar vojt. L-għedewwa ta’ Ġesù setgħu faċilment waqqfu r-rapporti dwar il-qawmien billi produċew il-ġisem mejjet tiegħu, iżda ma kien hemm ebda katavru x’jippreżentaw! Il-qabar kien vojt! Setgħu ewwilla d-dixxipli serqu l-ġisem tiegħu? Ma tarax! Il-qabar ta’ Ġesù kien mgħasses sew mis-suldati armati Rumani. U meta nikkonsidraw illi s-segwaċi tiegħu ħarbu bil-biża’ meta arrestawh u sallbuh, huwa improbabbli ħafna illi din il-ġemgħa dgħajfa ta’ sajjieda timidi setgħu jeħduha direttament ma’ suldati mħarrġa u professjonali. Lanqas ma kienu se jissagrifikaw ħajjithom u jsiru martri – kif ġralhom il-maġġor parti minnhom – biex jgħaddu ħrafa bħala realtà. Il-fatt sempliċi huwa illi r-resurrezzjoni ta’ Ġesù m’hemmx spjegazzjoni għaliha, ħlief illi tabilħaqq qam!

Għal darb’ oħra, wieħed li wera dominju fuq il-mewt jixraqlu nagħtuh l-attenzjoni tagħna. Ġesù mmanifesta setgħetu fuq il-qabar; għaldaqstant, jeħtiġilna nisimgħu x’qed jgħid. Ġesù jikklejmja li hu l-uniku triq għas-salvazzjoni (Ġwanni 14:6). Mhuwiex triq minn fost bosta toroq; hu l-unika triq.

Fl-istess ħin Ġesù jgħid: “Ejjew għandi, intom ilkoll li titħabtu u tinsabu mgħobbijin, u jien se nserraħkom” (Mattew 11:28). Din dinja sfidanti u l-ħajja diffiċli. Il-maġġor parti minna huma miġruħa, miġugħa u mdamdma. Taqbel? Mela xi trid? Restawrazzjoni jew sempliċi reliġjon? Salvatur ħaj, jew wieħed mill-ħafna “profeti” mejtin? Relazzjoni sinifikanti jew ritwali vojta? Ġesù mhuwiex għażla – hu waħdu hu l-għażla t-tajba!

Ġesù hu “r-reliġjon” korretta jekk qed tfittex il-maħfra (Atti 10:43). Ġesù hu “r-reliġjon” it-tajba jekk tabilħaqq tixtieq relazzjoni mimlija u vitali m’Alla (Ġwanni 10:10). Ġesù hu “r-reliġjon” valida jekk tassew tixxennaq għal dar eterna f’xirka mal-Ħallieq tiegħek (Ġwanni 3:16). Serraħ fuqu; afda fih bħala s-Salvatur personali tiegħek. Ma jiddispjaċikx żgur! Iddependi fuqu għall-maħfra ta’ dnubietek kollha; ma tkunx diżappuntat.

Jekk trid “relazzjoni sewwa” m’Alla, hawn talba biex tibda biha. Ftakar, però, illi din it-talba, bħal kull talba oħra, ma ssalvakx. Biss billi tafda ġenwinament fi Kristu: dan hu l-mod biex tinħeles mill-kundanna u l-ħtija ta’ dnubietek. Din it-talba hi sempliċement mod kif tesprimi m’Alla l-fiduċja tiegħek fih u tirringrazzjah talli provda salvazzjoni adegwata għall-midinbin.

It-talba hi din: “O Alla, naf illi dnibt kontrik u jixraqli nkun ikkastigat fl-infern. Iżda Ġesù Kristu ħa l-kastig minflok il-midinbin. Naf illi bih, bil-fidi tiegħi fih, inti taħfirli. Inqiegħed il-fiduċja tiegħi fih għas-salvazzjoni. Inroddlok ħajr għall-grazzja meraviljuża u l-maħfra tiegħek – l-għotja tal-ħajja eterna! Ammen.”

Ħadt deċiżjoni għal Kristu minħabba dak li qrajt hawn fuq? Jekk iva, jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna “Jien aċċettajt lil Kristu llum” li tidher hawn taħt.


English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Liema hi r-reliġjon tajba għalija?
© Copyright Got Questions Ministries