Mistoqsija
Satana jinsab fl-infern?
Tweġiba
Bħalissa Satana mhuwiex fl-infern. Aktarx li qed iħuf fuq l-art, ifittex li jittanta l-bnedmin għad-dnub u allura jisseparahom minn Alla. L-1 Pietru 5:8 jiddikjara, “Kunu sobriji u fuq l-allert. L-avversarju tagħkom, ix-xitan, jissajja bħal iljun igargar, ifittex lil xi ħadd biex jiddevorah.” Fi Ġwanni 14:30, Ġesù jsejjaħ lil Satana “l-ħakkiem tad-dinja,” u l-appostlu Pawlu jirreferi għalih bħala “l-ħakkiem tas-setgħa tal-arja, tal-ispirtu li issa jopera f’ulied id-diżubbidjenza” (Efesin 2:2). Satana ma jabitax fl-infern: hu jgħix u jopera fuq l-art u fis-smewwiet.
Satana hu “missier il-gideb” (Ġwanni 8:44), jinfluwenza, u bħalissa qed jaħkem fuq id-dinja. Satana jrid ikun meqjum (Mattew 4:9), u biex jattira l-attenzjoni tal-bniedem lejh juża l-ingann u d-distrazzjonijiet. Id-dinja, ħlief dawk li jinsabu f’saltnet Alla, u allura mħarsa mill-qerq tiegħu, f’xi forma jew oħra tqim lil Satana. Jekk persuna mhix wild Alla, awtomatikament hi wild Satana (ara Ġwanni 8:44; Atti 13:10). L-1 Ġwanni 3:10 jgħidilna kif niddistingwu bejniethom it-tnejn: “B’dan huma manifestati t-tfal t’Alla u t-tfal tax-xitan: kull min ma jipprattikax il-ġustizzja mhuwiex minn Alla, lanqas min ma jħobbx lil ħuh.” Ġakbu 4:4 jispjega kif kull min hu ħabib mad-dinja hu għadu t’Alla.
Dan importanti nkunu nafuh, għaliex Ġesù dalwaqt jerġa’ jirritorna fuq l-art biex jiġbor lil niesu miegħu. Se jegħleb lis-segwaċi ta’ Satana u jiġbor għalih innifsu l-magħżulin tiegħu. Fl-aħħar, Satana għad jintefa’ fl-għadira tan-nar u jkun “itturmentat nhar u lejl għal dejjem ta’ dejjem” (Rivelazzjoni 20:10). Imbagħad, Ġesù jiġġudika l-infidli skont ma jkunu għamlu f’ħajjithom. Dawk kollha li ismijiethom ma jinstabux miktuba fil-Ktieb tal-Ħajja għad jinxteħtu fl-għadira tan-nar, fejn sa dak iż-żmien ikun hemm Satana u r-ruffjani tiegħu (Rivelazzjoni 20:13, 15). Il-mewt u Ħades ukoll jintefgħu fl-għadira tan-nar (Rivelazzjoni 20:14), għalhekk, teknikament u preżentement, fl-ebda waqt Satana ma jabita fl-infern. Però għad ikun ikkonfinat b’mod permanenti f’post jaħraq ħafna, li nistgħu nsejħulu lokalità “infernali,” u hemmhekk se jkun itturmentat għall-eternità.
L-aktar ħaġa importanti li kull persuna għandha bżonn tassigura u tiftakar hi jekk isimha huwiex miktub fi Ktieb il-Ħajja, sabiex ikollha l-ħajja eterna fil-ġenna, aktarx milli firda ta’ dejjem mill-preżenza konfortabbli t’Alla fl-għadira tan-nar.
English
Satana jinsab fl-infern?