Mistoqsija
X’inhuma d-dnubiet ta’ kummissjoni?
Tweġiba
Hemm żewġ modi bażiċi kif nidinbu: jew b’ommissjoni inkella b’kummissjoni. Id-dnubiet ta’ ommissjoni huma dawk fejn inkunu nafu xi jmissna nagħmlu, imma ma nagħmlux (Ġakbu 4:17). Dnub ta’ kummissjoni huwa dnub li nikkommettuh billi nieħdu xi azzjoni, sew jekk bil-ħsieb, kelma, jew att. Dnub ta’ kummissjoni jista’ jsir sew b’intenzjoni kif ukoll bla ħsieb. Il-kwestjoni mhix li tkun taf minn qabel jew le x’inhu dnub. Jekk iżżur pajjiż li taf minn qabel li s-sewqan hu fuq ix-xellug, u ssuq fuq il-lemin, xorta tkun ksirt il-liġi, tafha jew ma tafhiex. Il-Liġi tal-Patt il-Qadim tordna li jsiru ċerti sagrifiċċji għad-dnubiet li ma sarux intenzjonalment però li xorta waħda huma dnubiet (Numri 15:22–24; ara wkoll Ebrej 9:7).
L-ewwel dnub tal-umanità kien dnub ta’ kummissjoni. Alla pprojbixxa li ċertu frott jittiekel (Ġenesi 2:16–17). Adam u Eva kienu jafu l-kmand t’Alla x’kien iżda xorta m’obdewhx (Ġenesi 3:6). Ħadu azzjoni u kkommettew att midneb. Meta s-Sultan David ikkommetta adulterju imbagħad biex jgħattih ra kif għamel biex Urija jinqatel, għamel żewġ dnubiet ta’ kummissjoni (2 Samuel 11). Il-Bibbja ma taħbix id-dettalji, spiss disprezzabbli, ta’ ħajjet in-nies li Alla ħabb u uża xorta waħda. Il-paġni tagħha mċappsa bid-dnubiet ta’ kummissjoni ta’ mexxejja eminenti bħalma kienu Abraħam (Ġenesi 20:2), Mosè (Esodu 2:11–12), David (2 Samwel 12:13), Salamun (Neħemija 13:26), Pietru (Mattew 26:74–75), u Pawlu (Galatin 1:13).
Ilkoll ħatja ta’ dnubiet ta’ kummissjoni. Ilkoll nikkommettu dnubiet b’intenzjoni meta naġixxu f’modi li Alla pprojbixxa. Nikkommettu wkoll dnubiet fl-injoranza tagħna tal-istandards t’Alla (Atti 3:17; 1 Pietru 1:14; Levitiku 4:13–14). In-natura midinba tagħna żżommna milli nixxierku m’Alla. Abbli jirnexxielna nillimitaw il-kwantità ta’ dnubiet li nikkommettu apertament, però ma nistgħux innaddfu qlubna. Ġesù qal, “Imma l-ħwejjeġ li jipproċiedu mill-ħalq joħorġu mill-qalb, u dawk iniġġsu l-bniedem. Għax mill-qalb joħorġu l-ħsibijiet ħżiena, il-qtil, l-adulterji, iż-żena, is-serq, it-testimonjanzi foloz u l-kalunnji” (Mattew 15:18–19).
Għalhekk neħtieġu ’l Ġesù. Ma nistgħux inżommu lilna nfusna milli nidinbu, u meta nidinbu nkunu qed neliminaw kull ċans ta’ xirka m’Alla. Dnubna jista’ jiġi kkanċellat biss meta nħallu l-mewt u l-irxoxt ta’ Kristu jkunilna s-sostitut (Kolossin 2:14; Rumani 6:6). It-2 Korintin 5:21 jgħid, “Lil dak li ma kienx jaf dnub Alla għamlu dnub għalina, sabiex aħna nsiru l-ġustizzja t’Alla fih.” Ġesù ħa fuqu nnifsu dnubietna kollha, dawk ta’ kummissjoni kif ukoll dawk ta’ ommissjoni, u ħallas id-dejn kollu dovut ’l Alla.
Salm 51 hi talba li David kiteb wara li kien ikkonfrontat bid-dnub ta’ kummissjoni tiegħu. Dineb bil-goff, u kien se jkun hemm il-konsegwenzi (2 Samwel 12:14–15). Però kien ukoll jaf kif għandu jindem. U kellu biżżejjed kunfidenza fil-ħniena t’Alla li refa’ leħnu u għajjat, “Oħloq fija qalb nadifa, o Alla, u ġedded spirtu ferm fija. Tarminix mill-preżenza tiegħek u tiħux l-Ispirtu Qaddis tiegħek minni. Irrestawrali l-ferħ tas-salvazzjoni tiegħek u sostnini bi spirtu volontarju” (Salmi 51:10–12). David jimmudellalna l-mod tajjeb kif għandna nitrattaw mad-dnubiet ta’ kummissjoni. Meta nagħrfu dnubna kontra Alla, nistgħu nduru lejh, nirrikonoxxu dak id-dnub, u nitolbuh inaddafna minnu. Irridu nafdaw fil-qawwa tad-demm imxerred ta’ Ġesù li jneħħi dnubna, u nitolbuh jippurifikana. Alla jwegħidna li jirrestawrana f’xirka u jqawwina sabiex inkun nistgħu ngħixu ħajja li togħġbu (Filippin 4:13).
English
X’inhuma d-dnubiet ta’ kummissjoni?