settings icon
share icon
Mistoqsija

Għaliex Eliżew il-profeta seħet liż-żgħażagħ talli tmejlu bih għax kien fartas (2 Slaten 2:23-24)?

Tweġiba


Dwar ir-rakkont taż-żgħażagħ li Eliżew seħet jeħtieġ nifhmu numru ta’ punti. Naqraw hekk, “U minn hemm tela’ Betel: u hu u tiela’ fit-triq, ħarġu xi żgħażagħ mill-belt, u ddieħku bih, u qalulu: ‘Itla’, ja qargħi! Itla’ ja qargħi!’ U ħares warajh, u rahom, u seħithom f’isem il-Mulej. U ħarġu żewġ orsijiet mill-masġar, u qattgħu minnhom tnejn u erbgħin żgħażugħ.” Niskantaw kif Alla jippermetti li żewġ orsijiet jiżbranaw grupp ta’ żgħażagħ għax irredikolaw raġel għax kien fartas.

L-ewwelnett, il-Verżjoni Awtorizzata tfixkilna bit-traduzzjoni tal-kelma bħala “tfal żgħar.” Il-kelma Ebrajka tista’ tirreferi għat-tfal, imma aktarx aktar tfisser “żgħażagħ.” It-tieni, il-fatt li miż-żgħażagħ l-orsijiet qattgħu 42 jindika li kien hemm aktar minn 42 żgħażugħ involuti. Dan ma kienx xi grupp żgħir ta’ tfal li qed jitmejlu b’raġel fartas. Aktarx, kienu grupp kbir ta’ ġuvintur li nġabru bl-iskop li jirredikolaw profeta t’Alla. It-tielet, l-ispreġju “Itla’, ja qargħi,” kien aktar min sempliċi tmejjil dwar in-nuqqas ta’ xagħar. Il-qargħa t’Eliżew imsemmija hawhekk setgħet kienet; 1) nuqqas naturali ta’ xagħar; 2) ras imqaxxra li turi s-separazzjoni tiegħu għall-kariga profetika; jew, wisq probabbli, 3) laqam ta’ disprezz u spreġju, avolja Eliżew ma kienx fartas. Il-frażi “itla’” wisq probabbli kienet referenza għal Elija, it-tutur t’Eliżew, li nħataf ’il fuq lejn is-sema aktar kmieni (2 Slaten 2:11-12). Dawn iż-żgħażagħ kienu qed jinku u jinsultaw sarkastikament lill-profeta t’Alla billi jgħidulu biex jirrepeti it-tlugħ t’Elija lejn is-sema.

Fil-qosor, it-2 Slaten 2:23-24 mhuwiex rakkont dwar Alla li żbrana xi tfal żgħar għax tmejlu b’raġel qargħi. Aktarx, hu rekordju ta’ wirja offensiva kontra l-profeta t’Alla minn grupp kbir ta’ ġuvintur. Kien minħabba li dawn iż-żgħażagħ ta’ madwar 20 sena jew akbar (l-istess terminu użat għal Salamun fl-1 Slaten 3:7) tant stmerrew lill-profeta tal-Mulej, li Eliżew sejjaħ lil Alla biex jitratta mar-ribelli kif jidhirlu l-aħjar. Il-kastig tal-Mulej kien l-iżbranar ta’ 42 minnhom minn żewġ orsijiet nisa. Il-kastig bla dubju kien ġustifikat, għax li twaqqa’ għaż-żufjett lil Eliżew kien ugwali għal li tirredikola lill-Mulej innifsu. Il-gravità tar-reat dehret fil-gravità tal-kastig. Il-ġudizzju tal-biża’ kien twissija tal-Mulej għal dawk kollha li kellhom jiddisprezzaw il-profeti tal-Mulej.

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Għaliex Eliżew il-profeta seħet liż-żgħażagħ talli tmejlu bih għax kien fartas (2 Slaten 2:23-24)?
© Copyright Got Questions Ministries