settings icon
share icon
Mistoqsija

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu – x’inhi l-imħabba?

Tweġiba


Galatin 5:22-23 huwa wieħed mill-aktar passaġġi maħbuba fil-Bibbja. Il-“frott tal-Ispirtu” ukoll spiss ġie interpretat b’mod skorrett u mifhum bħala karatteristiċi li l-fidili jmisshom jimmanifatturaw huma stress. Però ċ-ċavetta biex nifhmu dawn il-kwalitajiet tinsab fl-isem. “Frott” huwa r-riżultat tat-tkabbir. U “tal-Ispirtu” jispjega eżattament min hu li jikkawża dak it-tkabbir - mhuwiex l-isfurzar jew it-tiġbid tagħna, imma l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. L-ebda ammont ta’ tbatija umana jew determinazzjoni qalbiena mhu kapaċi jipproduċu l-frott spiritwali, iżda l-influwenza tal-Ispirtu f’qalb sottomessa kapaċi tagħmel għeġubijiet. Il-frott tal-imħabba jista’ jservi bħala l-aqwa eżempju. M’aħniex kapaċi nipproduċu t-tip ta’ mħabba li Alla jixtieq mingħajr it-tmexxija u l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Il-kelma mħabba fil-lingwa tagħna għandha sinifikat pjuttost wiesa’, però l-lingwa Griega kienet preċiża ħafna. L-imħabba li l-Ispirtu s-Santu jimmanifesta fil-fidili hija l-agape. Din l-imħabba mhix xi affezzjoni, imma għażla. Hija l-għażla li tkun benevolenti, li tissagrifika, li tqis il-bżonnijiet ta’ ħaddieħor qabel u fuq tiegħek (Filippin 2:3). L-agape hi wżata fil-vrus “iebsa” kollha li jitkellmu dwar l-imħabba fil-Patt il-Ġdid:

“Imħabba ikbar minn din ħadd m’għandu, illi wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu” (Ġwanni 15:13).

“Għax dan hu l-messaġġ li smajtu mill-bidu, illi jmissna nħobbu ’l xulxin” (1 Ġwanni 3:11).

“Ħobbu ’ll-għedewwa tagħkom, u agħmlu t-tajjeb u sellfu bla ma tippretendu xejn lura” (Luqa 6:35).

“Għax din hi l-imħabba lejn Alla, illi nżommu l-kmandamenti tiegħu; u l-kmandamenti tiegħu mhumiex gravużi” (1 Ġwanni 5:3).

Hu sforz l-imħabba li Alla ħadem il-pjan tiegħu biex isalva d-dinja: “Għax Alla hekk ħabb id-dinja, illi ta l-uniku Iben tiegħu, sabiex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja eterna” (Ġwanni 3:16). Hu biss permezz tal-imħabba li kapaċi nobdu l-ikbar kmandament: “int għandek tħobb is-Sid Alla tiegħek ” u “int għandek tħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek” (Marku 12:30-31).

L-imħabba hi l-aqwa don li Alla jista’ jagħti. L-1 Korintin 13 jgħid li l-agape hi paċenzjuża. L-agape  hi benevolenti. L-agape qatt ma tfalli. Alla jixtieq juri l-imħabba perfetta u altruwista tiegħu lil dinja li tinsab kontinwament imħawda dwar it-tifsira tal-imħabba. Ulied Alla, mogħnija bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu, huma l-istrumenti ta’ mħabbtu.

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu – x’inhi l-imħabba?
© Copyright Got Questions Ministries