settings icon
share icon
Mistoqsija

Ġesù hu Alla? Ġesù qatt saħaq li hu Alla?

Tweġiba


Xi wħud illi jiċħdu li Ġesù hu Alla jagħmlu l-osservazzjoni illi Ġesù nnifsu qatt ma qal li hu Alla. Huwa korrett illi l-Bibbja qatt ma tirrekordja illi Ġesù qal il-preċiżi kelmiet, “Jien Alla.” B’daqshekk ma jfissirx, però, li Ġesù qatt ma klejmja li hu Alla.

Ġesù hu Alla? – Ġesù klejmja li hu Alla.

Nieħdu pereżempju l-kelmiet ta’ Ġesù, “Jien u Missieri ħaġa waħda aħna” (Ġwanni 10:30). Anke jekk biss biss inqisu r-reazzjoni tal-Lhud għall-istqarrija tiegħu nintebħu minnufih illi saħaq li hu Alla. Provaw iħaġġruh għal din ir-raġuni speċifika: “għax int, li int bniedem, tagħmel lilek innifsek Alla” (Ġwanni 10:33). Il-Lhud fehmu eżattament x’kien qed jinsisti Ġesù – qal li hu divin. Meta Ġesù ddikjara, “Jien u Missieri ħaġa waħda aħna,” kien qed ifisser illi hu u Missieru huma natura u essenza waħda. Ġwanni 8:58 jservi bħala eżempju ieħor. Ġesù ddikjara, “Tassew, tassew ngħidilkom, qabel ma twieled Abraħam, jien hu.” Dal-kliem jirreferina lura għall-Esodu 3:14 meta Alla żvela lilu nnifsu bħala “Jien hu.” Il-Lhud li semgħu din l-istqarrija rrispondew billi qabdu l-ġebel ħalli joqtluh minħabba d-dagħwa, bħala kmandat il-Liġi Możajika (Levitiku 24:16).

Ġesù hu Alla? – Is-segwaċi tiegħu ddikjaraw illi hu Alla.

Ġwanni jiddikjara b’mod ċar id-divinità ta’ Ġesù: “Il-Kelma (Ġesù) kien Alla,” u, “il-Kelma sar laħam” (Ġwanni 1:1,14). Dan id-diskors jindika espliċitament illi Ġesù hu Alla f’sura ta’ bniedem. Fl-Atti 20:28 naqraw, “Oqogħdu attenti għalikom infuskom u għall-merħla kollha, li fiha l-Ispirtu s-Santu għamilkom sopristanti, biex tirgħu l-knisja t’Alla li akkwista b’demmu stess.” Min xtara l-knisja b’demmu stess? Ġesù Kristu. U l-istess vers jiddikjara li Alla xtara l-knisja tiegħu b’demmu stess. Mela, Ġesù hu Alla.

Tumas id-dixxiplu ddikjara rigward Ġesù, “Sid tiegħi u Alla tiegħi!” (Ġwanni 20:28). Ġesù ma kkoreġihx. Titu 2:13 jinkuraġġina biex nistennew il-miġja ta’ Alla l-kbir u Salvatur tagħna, Ġesù Kristu (ara wkoll 2 Pietru 1:1). Fl-Ebrej 1:8, il-Missier jiddikjara dwar Ġesù, “It-tron tiegħek, o Alla, hu għal dejjem ta’ dejjem, u x-xettru tar-rettitudni hu x-xettru ta’ saltnatek.” Il-Missier jirreferi għal Ġesù bħala Alla, u hekk jindika illi Ġesù hu tabilħaqq Alla.

Fir-Rivelazzjoni, anġlu jistruwixxi lill-appostlu Ġwanni biex iqim biss lil Alla (Rivelazzjoni 19:10). Diversi drabi fl-Iskrittura Ġesù jirċievi qima (Mattew 2:11; 14:33; 28:9,17; Luqa 24:52; Ġwanni 9:38). Qatt ma jċanfar lin-nies talli tawh qima. Kieku Ġesù mhuwiex Alla ċertament kien iwissi lin-nies biex ma jqimuhx, bħalma għamel l-anġlu ma’ Ġwanni. Aktar minn dawn, insibu siltiet oħra li jargumentaw illi Ġesù hu tassew Alla.

Ġesù hu Alla? – Ir-raġuni għala Ġesù bilfors hu Alla.

Ir-raġuni l-aktar importanti illi Ġesù bilfors hu Alla hi din: kieku mhuwiex Alla, mewtu qatt ma setgħet tkun suffiċjenti biex tħallas il-piena għad-dnubiet tad-dinja (1 Ġwanni 2:2). Kieku Ġesù mhuwiex Alla allura bilfors hu maħluq, u xi ħadd maħluq impossibbli jħallas id-dejn infinit iddomandat għad-dnub kontra Alla infinit. Biss Alla seta’ jagħmel tpattija adegwata, ċoè waħda infinita. Alla biss seta’ jieħu d-dnubiet tad-dinja (2 Korintin 5:21), imut, iqum mill-mewt, u jagħti prova tal-vittorja tiegħu fuq id-dnub u l-mewt.

Ġesù hu Alla? Iva. Ġesù ddikjara li hu nnifsu Alla. Is-segwaċi tiegħu emmnuh illi hu Alla. Il-provdiment għas-salvazzjoni hu validu biss jekk Ġesù hu Alla. Ġesù hu Alla inkarnat, l-Alfa u l-Omega etern (Rivelazzjoni 1:8; 22:13), Alla s-Salvatur tagħna (2 Pietru 1:1).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Ġesù hu Alla? Ġesù qatt saħaq li hu Alla?
© Copyright Got Questions Ministries