settings icon
share icon
Mistoqsija

Alla min jgħid li jien?

Tweġiba


Ħafna minna ninkwetaw dwar x’jaħsbu n-nies fuqna. Nixtiequ li nkunu stmati, maħbubin, rispettati, u ammirati. Imma għala nibbażaw l-​identità tagħna fuq l-​opinjonijiet taʼ ħlejjaq imperfetti bħalna meta l-istima li verament tgħodd hi dik t’Alla? L-iktar mistoqsija importanti li nistgħu nistaqsu dwar l-identità tagħna hija din: Alla min jgħid li jien? Il-Bibbja tagħtina tweġibiet affidabbli dwar min aħna fi Kristu u x’jaħseb Alla dwarna li twieldna mill-ġdid.

L-ewwel u qabel kollox, Alla jgħid li jien it-tifel jew it-tifla maħbuba tiegħu: “Araw liema manjiera ta’ mħabba tana l-Missier, illi nissejħu tfal t’Alla; u hekk aħna!” (1 Ġwanni 3:1). Alla jesprimi l-imħabba bla limitu tiegħu għalina; huwa ripetutament jafferma fl-Iskrittura li aħna mwielda minnu, l-ulied għeżiż tiegħu (Ġwanni 1:12–13; 2 Korintin 6:17–18; Galatin 3:26; Rumani 8:17; Isaija 43:1).

Alla jgħid li jien magħżul, adottat fil-familja tiegħu permezz ta’ Ġesù Kristu biex inkun it-tifel tiegħu għal dejjem: “Bħalma għażilna fih qabel il-pedament tad-dinja, ħalli nkunu qaddisin u bla difett quddiemu; fl-imħabba ppredestinana għall-adozzjoni bħala wliedu, permezz ta’ Ġesù Kristu għalih innifsu, skont l-intenzjoni tajba tar-rieda tiegħu, għat-tifħir tal-grazzja glorjuża tiegħu, li biha ffavoriena fil-maħbub” (Efesin 1:4–6; ara wkoll 1 Tessalonikin 1:4; 2:13).

Alla jgħid li jien għandi valur. Isejjaħli x-xogħol tiegħu, “Għax aħna għemilu, maħluqin fi Kristu Ġesù għall-opri t-tajba, li Alla pprepara minn qabel, sabiex nimxu fihom” (Efesin 2:10). Aħna m'aħniex ċapep tat-tafal bla sura, imma l-prodott tal-ħila artistika u s-sengħa tiegħu. Alla għamilna fix-xbieha u x-xebh tiegħu stess (Ġenesi 1:26–27; 5:1; 9:6; Ġakbu 3:9).

Alla jgħid li jien mifdi. Alla xtarana għalih bid-demm prezzjuż taʼ Ibnu, Ġesù Kristu: “Billi tafu illi mhux bi ħwejjeġ korruttibbli – b’fidda jew b’deheb – kontu riskattati mill-manjiera ta’ ħajja futili tagħkom mgħoddija minn missirijietkom, iżda b’demm prezzjuż, bħal ta’ ħaruf bla difett u bla tebgħa, id-demm ta’ Kristu” (1 Pietru 1:18–19). Permezz tad-demm ta’ Ġesù Kristu aħna maħfura u meħlusa mid-dnub: “Fih għandna l-fidwa permezz ta’ demmu, il-maħfra tat-trasgressjonijiet, skont l-għana tal-grazzja tiegħu” (Efesin 1:7; ara wkoll Galatin 5:1; 1 Korintin 6:20; 1 Ġwanni 1:9).

Alla jgħid li jien persuna ġdida f’Ġesù Kristu. Fis-salvazzjoni aħna niksbu identità kompletament ġdida u ħajja ġdida: “Għalhekk, jekk xi ħadd hu fi Kristu, hu ħliqa ġdida; il-ħwejjeġ qodma għaddew; ara, saru ġodda” (2 Korintin 5:17; ara wkoll Efesin 4:24). Jgħid li jiena ġust f’Ġesù Kristu (2 Korintin 5:21), it-tempju ħaj tal-Ispirtu s-Santu (1 Korintin 3:16), u qaddis (Efesin 2:19; Filippin 4:21).

Alla jgħid li jien ħabib tiegħu. Il-Mulej jiftaħ qalbu magħna: “Ma nsejħilkomx iżjed ilsiera, għax l-ilsir ma jafx x’qed jagħmel sidu, imma sejjaħtilkom ħbieb, għax għarraftilkom kulma smajt mingħand Missieri” (Ġwanni 15:15).

Alla jgħid li jien l-ambaxxatur tiegħu (2 Korintin 5:20; Efesin 6:20), id-dawl tiegħu fid-dlam, u x-xhieda tiegħu fid-dinja (Mattew 5:13–16; Atti 1:8; Efesin 5:8). Alla jafda lilna bix-xogħol li nagħmlu dixxipli għalih (Mattew 28:19).

Alla jgħid li jien membru tal-ġisem ta’ Ġesù Kristu: “Il-Ġentili huma werrieta mal-Lhud, u membri flimkien fl-istess ġisem, u partiċipanti magħhom fil-wegħda fi Kristu Ġesù permezz tal-evanġelju” (Efesin 3:6; ara wkoll Efesin 5:30). Minħabba li jiena ta’ Kristu – magħqud miegħu fil-ħajja, fil-mewt, fil-qawmien u fil-glorifikazzjoni tiegħu (Ġwanni 15:1–10; Rumani 6:4-6; Efesin 2:6) – Alla jgħid li jien eredi tas-Saltna u tal-glorja tiegħu (Galatin 4:7; Efesin 1:18; 17:18), ċittadin tal-ġenna (Filippin 3:20).

Alla jgħid li jien maħbub wisq: “Alla jesibixxi l-imħabba tiegħu nnifsu lejna, billi filwaqt li aħna konna għadna midinbin, Kristu miet għalina” (Rumani 5:8; ara wkoll Rumani 8:31–39; Ġwanni 3:16–17). Tant hi kbira mħabbtu li tana l-ħajja: “Alla, li hu għani fil-ħniena, minħabba l-imħabba kbira tiegħu li biha ħabbna, imqar meta konna mejtin fit-trasgressjonijiet tagħna għamilna ħajjin flimkien mal-Kristu” (Efesin 2:4–5).

Aktar ma nistudjaw il-Kelma t’Alla, aktar niskopru min aħna fi Kristu. Alla għadu jaħdem fina biex ikompli jibdilna sabiex insiru nixbħu aktar u aktar lil Ġesù: “Aħna qed inkunu ttrasformati fl-istess immaġni tiegħu, minn glorja għal glorja, bħalma mingħand is-Sid, l-Ispirtu” (2 Korintin 3:18; ara wkoll Rumani 8:29; 12:2; Filippin 1:6; Efesin 4:15).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Alla min jgħid li jien?
© Copyright Got Questions Ministries