Mistoqsija
X’inhu l-iskop tal-knisja?
Tweġiba
Nistgħu nqisu Atti 2:42 bħala dikjarazzjoni tal-iskop tal-knisja: L-Insara “idedikaw erwieħhom għat-tagħlim tal-appostli u għax-xirka, fi qsim il-ħobż u fit-talb.” Skont dan il-vers, l-iskopijiet/attivitajiet tal-knisja għandhom ikunu 1) it-tagħlim tad-dottrina biblika, 2) il-komunjoni tal-aħwa flimkien, 3) l-osservazzjoni tal-Ikla tal-Mulej, u 4) it-talb.
Il-knisja għandha tgħallem id-dottrina biblika sabiex inkunu sodi fil-fidi. Efesin 4:14 jgħidilna, “Sabiex ma nkunux iżjed infantili, imwaddbin ’l hawn u ’l hinn mill-imwieġ, u mġorrijin minn kull riħ ta’ dottrina, bil-brikkunaġni tal-bnedmin, bil-malizzja tagħhom fl-ittrikkjar seduċenti.” Il-knisja għandha tkun post ta’ xirka, fejn il-Kristjani jgħinu u jonoraw lil xulxin (Rumani 12:10), jgħallmu lil xulxin (Rumani 15:14), ikunu qalbhom tajba u jħennu għal xulxin (Efesin 4: 32), iħeġġu lil xulxin (1 Tessalonikin 5:11), u l-aktar importanti, inħobbu lil xulxin (1 Ġwanni 3:11).
Il-knisja għandha tkun il-post fejn dawk li jemmnu jistgħu josservaw l-Ikla tal-Mulej, sabiex jiftakru fil-mewt ta’ Kristu, id-demm li xerred għall-maħfra ta’ dnubiethom (1 Korintin 11:23-26). Il-knisja tippromwovi wkoll ix-xirka bejn l-aħwa b’ikliet bejniethom, “il-qsim tal-ħobż” (Atti 2:42). L-iskop finali tal-knisja skont Atti 2:42 huwa t-talb. Il-knisja għandha tippromwovi, tgħallem u tipprattika t-talb. Filippin 4:6-7 jinkuraġġina, “Tkunu ansjużi dwar xejn, anzi f’kollox, bit-talb u bis-suppliki mar-ringrazzjamenti, ħallu r-rikjesti tagħkom ikunu mgħarrfin lil Alla. U s-sliem t’Alla, li jissupera kull fehma, se jgħassilkom qlubkom u mħuħkom fi Kristu Ġesù.”
Kummissjoni oħra mogħtija lill-knisja hija l-proklamazzjoni tal-evanġelju tas-salvazzjoni permezz ta’ Ġesù Kristu (Mattew 28:18-20; Atti 1:8). Il-knisja hija msejħa biex b’fedeltà xxandar l-evanġelju bil-kelma u l-għemil. Il-knisja għandha tkun “fanal” fil-komunità, li tipponta lin-nies lejn is-Sid u s-Salvatur Ġesù Kristu. Il-knisja għandha xxandar l-evanġelju u tħarreġ lill-membri tagħha sabiex ixandru l-evanġelju kull fejn ikunu (1 Pietru 3:15).
Għan ieħor huma msemmi f’Ġakbu 1:27: “Reliġjon pura u mhix kontaminata quddiem Alla, il-Missier, hi din: li wieħed iżur l-orfni u r-romol fl-afflizzjoni tagħhom, u jżomm lilu nnifsu bla tebgħa mid-dinja.” Il-knisja għandha tfittex li taqdi lil min ikun fil-bżonn. Dan jinkludi x-xandir tal-evanġelju u l-provdiment għall-bżonnijiet fiżiċi (ikel, ħwejjeġ, kenn) kif meħtieġ u xieraq. Il-knisja għandha wkoll tħarreġ lil dawk li jemmnu fi Kristu sabiex jegħlbu d-dnub u jibqgħu ħielsa mit-tniġġis tad-dinja. Dan isir permezz tat-tagħlim bibliku u s-sħubija Kristjana.
Allura, x’inhu l-iskop tal-knisja? Pawlu ta tixbiha eċċellenti lill-Insara f’Korintu. Il-knisja hija l-idejn, il-ħalq u s-saqajn t’Alla f’din id-dinja – il-ġisem ta’ Kristu (1 Korintin 12:12-27). Il-knisja hi msejħa sabiex tagħmel dawk il-ħwejjeġ li Ġesù Kristu kien jagħmel kieku kien fiżikament hawn fuq l-art. Il-knisja għandha tkun “Kristjana,” “bħal Kristu,” u timxi wara Kristu.
English
X’inhu l-iskop tal-knisja?