settings icon
share icon
Mistoqsija

X’jiġri min-nies li qatt ma semgħu b’Ġesù?

Tweġiba


Il-bnedmin kollha kontabbli lejn Alla, kemm jekk “semgħu bih” kif ukoll jekk le. Il-Bibbja tgħidilna li Alla rrivela lilu nnifsu b’mod ċar fin-natura (Rumani 1:20) u fil-qlub tal-bnedmin (Ekkleżjażti 3:11). Il-problema hi li r-razza umana hi midinba; ilkoll nirrifjutaw it-tagħrif ġenwin t’Alla u nirribellaw kontrih (Rumani 1:21-23). Li kieku mhux għall-grazzja t’Alla, ninġarru mil-leblibiet midinba ta’ qlubna, li jwassluna biex niskopru kemm ħajjitna mingħajru tkun bla sens u miżerabbli. Dan hu li Alla jagħmel ma’ dawk li jibqgħu jirriġettawh (Rumani 1:24-32).

Fir-realtà, mhux li xi wħud ma semgħux dwar Alla. Aktarx, il-problema hi li rrifjutaw dak li semgħu u li hu muri carissimu fin-natura. Dewteronomju 4:29 jipproklama, “Iżda jekk minn hemm tfittex il-Mulej Alla tiegħek, inti issibu, jekk tfittxu b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha.” Dal-vers jgħallem prinċipju important: kull min ifittex verament lil Alla jsibu. Kieku xi ħadd verament ikun jixtieq isir jaf ’l Alla, Alla jagħmel li jkun misjub u juri lilu nnifsu.

Il-problema hi li “m’hemm ħadd min jifhem, m’hemm ħadd min ifittex lil Alla” (Rumani 3:11). In-nies jirrifjutaw l-għarfien t’Alla, preżenti fin-natura u fi qlubhom stress. Minflok, jiddeċiedu jaduraw xi “alla” maħluq minnhom stess. Hi bluha tiddibatti jekk hux fer li Alla jibgħat lil xi ħadd l-infern li qatt ma kellu l-opportunità jisma’ l-vanġelu ta’ Kristu. Il-bnedmin huma responsabbli lejn Alla għal dak li diġà rrivelalhom. Il-Bibbja tgħid li n-nies ma jirrispettawx dan l-għarfien, u għaldaqstant Alla hu ġust filli jikkundannahom għall-infern.

Minflok niddibattu d-destin ta’ dawk li qatt ma semgħu, aħna, bħala Kristjani, imissna nkunu qed nagħmlu l-almu tagħna biex naċċertaw ruħna li jisimgħu. Aħna msejħin biex inxandru l-evanġelju lin-nazzjonijiet (Mattew 28:19-20; Atti 1:8). Nafu li l-bnedmin jirriġettaw l-għarfien t’Alla rrivelat fin-natura, u dan imissu jimmotivana biex nipproklamaw l-evanġelju tas-salvazzjoni permezz ta’ Ġesù Kristu. Biss billi jaċċettaw il-grazzja t’Alla, murija fil-Mulej Ġesù Kristu, li l-bnedmin jistgħu jkunu salvati minn dnubiethom u jinħelsu minn eternità maqtugħin minn Alla.

Jekk nassumu li dawk li qatt ma semgħu l-evanġelju jingħataw il-ħniena mingħand Alla, nitilfu l-motivazzjoni għall-evanġeliżmu. Insibu wkoll ruħna fi problema kbira. Jekk dawk li qatt ma semgħu l-vanġelu jkunu salvati awtomatikament, allura tkun ħaġa loġika li naċċertaw ruġna li ħadd qatt ma jisimgħu l-vanġelu - għax imbagħad ikun hemm iċ-ċans li jirrifjutawh u jkunu kkundannati.

Il-Bibbja ċara: in-nies li jintilfu mingħajr Kristu jiffaċċjaw eternità fl-infern. Il-mandat ta’ Ġesù biex nevanġelizzaw id-dinja kollha għadu fis-seħħ. Il-bnedmin jeħtieġ jinvokaw isem il-Mulej. Però, “Kif jinvokaw ’il dak li m’emmnux fih? U kif jemmnu f’dak li ma semgħux bih? U kif jisimgħu mingħajr predikatur? U kif jippritkaw jekk ma jintbagħtux?” (Rumani 10:14–15). Nies li qatt ma semgħu b’Ġesù għandhom bżonn urġenti li jisimgħu, u dan ġiegħel lil Pawlu jesklama, “Gwaj hu għalija jekk ma nxandarx l-evanġelju!” (1 Korintin 9:16).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

X’jiġri min-nies li qatt ma semgħu b’Ġesù?
© Copyright Got Questions Ministries