settings icon
share icon
Mistoqsija

Il-Bibbja fiha żbalji, kontradizzjonijiet, jew diskrepanzi?

Tweġiba


jekk naqraw il-Bibbja b’mod superfiċjali, mingħajr preġudizzju minn qabel li se nsibu l-iżbalji, insibuha bħala ktieb koerenti, konsistenti, u li faċilment nifhmuh. Veru, hemm passaġġi diffiċli. Iva, hemm vrus li apparentemtn jidhru li jikkontradixxu lilhom infushom. Irridu niftakru li l-Bibbja bejn wieħed u ieħor inkitbet minn xi 40 awtur differenti fuq medda ta’ madwar 1,500 sena. Kull awtur kiteb bi stil differenti, minn perspettiva differenti, lil udjenza differenti, għal skop differenti. Irridu nistennew xi differenzi minuri. Madankollu, differenza mhix kontradizzjoni. Ikun biss żball kieku ma jkun hemm assolutament ebda mod li xi vrus jew passaġġi jkunu rikonċiljati flimkien. Anke jekk ma nsibux tweġiba bħalissa, ma jfissirx li tweġiba ma teżistix. Ħafna, wara li fil-Bibbja sabu hekk imsejjaħ żball relatat mal-istorja jew il-ġeografija, skoprew li l-Bibbja kienet korretta wara li evidenza arkeoloġika nstabet.

Spiss nirċievu mistoqsijiet tipo “Spjegawlna kif dawn il-vrus mhumiex kontradittorji!” jew “Araw, hawn żball fil-Bibbja!” Nammettu, xi affarijiet li n-nies iressqulna diffiċli jkunu mwieġba. Madankollu, insostnu li għal kull kontradizzjoni jew żball apparenti fil-Bibbja, hemm tweġibiet vijabbli u intellettwalment plawsibbli. Hawn kotba u siti elettroniċi disponibbli li jelenkaw “l-iżbalji kollha fil-Bibbja.” Ħafna nies iġibu l-munizzjon tagħhom minn dawn il-postijiet; ma jsibux dawn is-suppost żbalji waħedhom. Jeżistu wkoll kotba u siti elettroniċi li jirribattu kull wieħed minn dawn is-suppost żbalji. Ħasra li ħafna nies li jattakkaw il-Bibbja mhumiex ġenwinament interessati li jsibu tweġiba. Ħafna “attakkanti tal-Bibbja” konxji ta’ dawn it-tweġibiet, però jibqgħu jużaw l-istess attakki qodma u superfiċjali darba wara oħra.

Allura, xi jmissna nagħmlu meta xi ħadd jiġi fuqna b’allegat żball? 1) Studja l-Iskritturi fi spirtu ta’ talb u ara hemmx soluzzjoni sempliċi. 2) Agħmel naqra riċerka billi tuża ftit mill-kummentarji tal-Bibbja, kotba li “jiddefedndu l-Bibbja,” u siti elettroniċi ta’ riċerka biblika. 3) Staqsi lill-pastor/mexxejja fil-knisja biex ara jekk humiex kapaċi jsibu soluzzjoni. 4) Jekk wara li tagħmel dawn it-tliet passi tibqa’ ma ssibx tweġiba ċara, afda f’Alla li Kelmtu hi l-verità u li hemm soluzzjoni li sempliċement s’issa ghadha mhix misjuba (2 Timotju 2:15, 3:16-17).

English



Lura għall-paġna ewlenija bil-Malti

Il-Bibbja fiha żbalji, kontradizzjonijiet, jew diskrepanzi?
© Copyright Got Questions Ministries